Talba għal Riċerka fl-Iskejjel, Istituzzjonijiet jew Organizzazzjonijiet

Termini ta’ Referenza

L-awtorizzazzjoni sabiex issir riċerka fl-Iskejjel, Istituzzjonijiet jew Organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir- Riċerka u l-Innovazzjoni (MEYR) għandha tinkiseb mill-Kumitat tal-Etika tar-Riċerka (MREC), fi ħdan it-Taqsima tar-Riċerka u l-Evalwazzjoni Interna tal-Iskejjel u ppreżentata lill-Kap tal-Iskola/Istituzzjoni/Organizzazzjoni fejn ir-riċerkatur għandu l- ħsieb li jwettaq ir-riċerka.

  1. Ir-riċerkaturi għandhom jikkonformaw mal-prinċipji tal-kondotta tar-riċerka etika, kif speċifikat fil-Politika u l-Proċeduri tal-Etika tar-Riċerka, misjuba hawn.
  2. Ix-xogħol ta’ riċerka jitwettaq fid-diskrezzjoni tal-Kap tal-Iskola, tal- Istituzzjoni jew tal-Organizzazzjoni, u huwa soġġett għall-kundizzjonijiet tiegħu jew tagħha.
  3. Il-Kumitat tal-Etika tar-Riċerka MEYR jirriżerva d-dritt li jirtira l-permess biex titwettaq ir-riċerka fi kwalunkwe ħin u mingħajr avviż minn qabel
  4. Mat-tlestija tax-xogħol ta’ riċerka, ir-riċerkatur għandu jipprovdi ‘soft copy’ tax-xogħol imwettaq lis-Sezzjoni tar-Riċerka fi ħdan it-Taqsima tar-Riċerka u l-Evalwazzjoni Interna tal-Iskejjel kif ukoll lill-Kap tal-Iskola/Istituzzjoni/Organizzazzjoni fejn saret ir-riċerka.
  5. Mistoqsijiet offensivi, ta’ preġudizzju, jew ta’ natura mhux etika mhumiex permessi. Ir-riċerkatur għandu jikseb l-approvazzjoni biex iwettaq ir-riċerka mill-Kumitat tal-Etika tal-Istituzzjoni Edukattiva Ogħla rispettiva. Dawn il- proċeduri huma konformi mal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Dejta sabiex jiġu mħarsa d-drittijiet ta’ min qed jipparteċipa fir-riċerka.

Kif tapplika

  1. Jekk jogħġbok imla u ssottometti l- formola online tat-Talba għar-Riċerka li tinsab hawn. (Tissottomettix applikazzjoni bi prova jew applikazzjonijiet duplikata).
  2. Wara li tissottometti l-applikazzjoni, ibgħat email lil rsird.meyr@gov.mt u hemeż id-dokumenti meħtieġa KOLLHA elenkati hawn taħt. (Ara l-lista ta’ dokumenti meħtieġa).
  3. Fl-email, ħu ħsieb li tikteb ismek u kunjomok, u d-data tal-applikazzjoni.
  4. Jekk qed titlob ukoll għal xi dejta, ġentilment niżżel dan fl-email tiegħek.

Il-Kumitat tal-Etika tar-Riċerka se jirrikonoxxi l-email u l-applikazzjoni tiegħek fi żmien ħamest (5) ijiem tax-xogħol, u jipprovdilek numru ta’ referenza tal-applikazzjoni li tkun meħtieġ tikkwota fi kwalunkwe komunikazzjoni mal-istess Kumitat.

Talba għal Dejta

Meta riċerkatur jeħtieġ dejta, bħal informazzjoni dwar in-numru ta’ għalliema li jgħallmu suġġett partikolari, jew in-numru ta’ studenti SEN, huwa meħtieġ li jimla t- taqsima intitolata Talba għal Dejta. Ir-riċerkatur huwa mitlub jipprovdi d-dettalji preċiżi tad-dejta meħtieġa u jiddikjara kif din se tikkontribwixxi għar-riċerka.

Id-dejta se tiġi pprovduta mis-Sezzjoni tar-Riċerka fi ħdan it-Taqsima tar-Riċerka u l- Evalwazzjoni Interna tal-Iskejjel. Jekk jogħġbok, innota li r-riċerkatur huwa awtorizzat li juża BISS id-dejta pprovduta lilu għar-riċerka li għaliha jkun ingħata l-awtorizzazzjoni. Meta r-riċerka tiġi ffinalizzata, id-dejta kollha pprovduta lilu għandha titħassar.

Hemżiet

Jekk jogħġbok assigura li d-dokumenti li ġejjin, bl-użu tal-mudelli li jinsabu hawn taħt, jiġu mehmuża mal-email li inti mitlub tibgħat lill-MREC, wara li tissottometti l- applikazzjoni tiegħek. Deskrizzjoni dettaljata ta’ x’għandu jiġi inkluż fid-dokumenti tinstab ukoll fil-Politika u l-Proċeduri tal-Etika tar-Riċerka tal-Ministeru għall- Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.

  1. Ittra ta’ Informazzjoni u Talba għal Permess biex titwettaq Riċerka indirizzata lill-Kap tal-Iskola, Istituzzjoni jew Organizzazzjoni.
  2. Formola tal-Kunsens għar-Riċerka għall-Parteċipanti Adulti . (Meħtieġa verżjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż meta l-formoli huma maħsuba għall- użu mal-ġenituri.)
  3. Formola ta’ Kunsens għar-Riċerka li tinvolvi ġenituri/gwardjani li huma legalment responsabbli għal-minorenni . (Verżjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż)
  4. Formola ta’ Kunsens għar-riċerka mat-tfal, minuri jew adulti li legalment ma jistgħux jagħtu l-kunsens. (Verżjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż)
  5. Il-formola ta’ awtovalutazzjoni mimlija . (Jekk jogħġbok issottometti din il-formola anki jekk ħallejt il-kaxxi kollha vojta.)
  6. Kopja tal-kwestjonarju/mistoqsijiet tal-intervisti/materjal rilevanti ieħor li se jintuża għall-ġbir tad-dejta (Meħtieġa verżjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż meta l-formoli huma maħsuba għall- użu mal-ġenituri u l-minorenni.)
  7. Liċenzja/permess għall-użu ta’ għodod ta’ riċerka (eż. constructs/testijiet).
  8. Approvazzjoni mill-Bord tal-Analiżi tal-Etika tal-istituzzjoni rispettiva.

Il-proċess għall-approvazzjoni tar-riċerka jista’ jieħu sa erba’ (4) ġimgħat, jiddependi miż-żmien tas-sena li fiha tiġi sottomessa l-applikazzjoni. Inti se tkun ikkuntattjat/a jekk fl-applikazzjoni tiegħek ikun hemm informazzjoni nieqsa jew mhux korretta Jekk tonqos li tipprovdi dawn id-dokumenti u l-informazzjoni meħtieġa kollha, ikun hemm ir-riskju li l-approvazzjoni biex wieħed ikun jista’ jipproċedi bir-riċerka tiegħu ddum biex tinħareġ u l-perjodu ta’ erba’ ġimgħat ma jistax jibqa’ jiġi ggarantit.

Mal-approvazzjoni tal-istudju ta’ riċerka, tirċievi email bl-awtorizzazzjoni uffiċjali. L- istess email se tintbagħat lill-iskejjel, lill-istituzzjonijiet jew lill-organizzazzjonijiet fejn se ssir ir-riċerka. Kwalunkwe bidla fil-kampjun jew fil-kontenut tal-istudju għandha tiġi kkomunikata lill-Kumitat tal-Etika tar-Riċerka tal-Ministeru sabiex tkun ikkunsidrata mill-ġdid.

Għal aktar kjarifiki, inti ġentilment mitlub/a tikkuntattjana permezz ta’ email fuq rsird.meyr@gov.mt.

The Directorate
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.