L-awtorizzazzjoni sabiex issir riċerka fl-Iskejjel, Istituzzjonijiet jew Organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir- Riċerka u l-Innovazzjoni (MEYR) għandha tinkiseb mill-Kumitat tal-Etika tar-Riċerka (MREC), fi ħdan it-Taqsima tar-Riċerka u l-Evalwazzjoni Interna tal-Iskejjel u ppreżentata lill-Kap tal-Iskola/Istituzzjoni/Organizzazzjoni fejn ir-riċerkatur għandu l- ħsieb li jwettaq ir-riċerka.
Il-Kumitat tal-Etika tar-Riċerka se jirrikonoxxi l-email u l-applikazzjoni tiegħek fi żmien ħamest (5) ijiem tax-xogħol, u jipprovdilek numru ta’ referenza tal-applikazzjoni li tkun meħtieġ tikkwota fi kwalunkwe komunikazzjoni mal-istess Kumitat.
Meta riċerkatur jeħtieġ dejta, bħal informazzjoni dwar in-numru ta’ għalliema li jgħallmu suġġett partikolari, jew in-numru ta’ studenti SEN, huwa meħtieġ li jimla t- taqsima intitolata Talba għal Dejta. Ir-riċerkatur huwa mitlub jipprovdi d-dettalji preċiżi tad-dejta meħtieġa u jiddikjara kif din se tikkontribwixxi għar-riċerka.
Id-dejta se tiġi pprovduta mis-Sezzjoni tar-Riċerka fi ħdan it-Taqsima tar-Riċerka u l- Evalwazzjoni Interna tal-Iskejjel. Jekk jogħġbok, innota li r-riċerkatur huwa awtorizzat li juża BISS id-dejta pprovduta lilu għar-riċerka li għaliha jkun ingħata l-awtorizzazzjoni. Meta r-riċerka tiġi ffinalizzata, id-dejta kollha pprovduta lilu għandha titħassar.
Jekk jogħġbok assigura li d-dokumenti li ġejjin, bl-użu tal-mudelli li jinsabu hawn taħt, jiġu mehmuża mal-email li inti mitlub tibgħat lill-MREC, wara li tissottometti l- applikazzjoni tiegħek. Deskrizzjoni dettaljata ta’ x’għandu jiġi inkluż fid-dokumenti tinstab ukoll fil-Politika u l-Proċeduri tal-Etika tar-Riċerka tal-Ministeru għall- Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.
Il-proċess għall-approvazzjoni tar-riċerka jista’ jieħu sa erba’ (4) ġimgħat, jiddependi miż-żmien tas-sena li fiha tiġi sottomessa l-applikazzjoni. Inti se tkun ikkuntattjat/a jekk fl-applikazzjoni tiegħek ikun hemm informazzjoni nieqsa jew mhux korretta Jekk tonqos li tipprovdi dawn id-dokumenti u l-informazzjoni meħtieġa kollha, ikun hemm ir-riskju li l-approvazzjoni biex wieħed ikun jista’ jipproċedi bir-riċerka tiegħu ddum biex tinħareġ u l-perjodu ta’ erba’ ġimgħat ma jistax jibqa’ jiġi ggarantit.
Mal-approvazzjoni tal-istudju ta’ riċerka, tirċievi email bl-awtorizzazzjoni uffiċjali. L- istess email se tintbagħat lill-iskejjel, lill-istituzzjonijiet jew lill-organizzazzjonijiet fejn se ssir ir-riċerka. Kwalunkwe bidla fil-kampjun jew fil-kontenut tal-istudju għandha tiġi kkomunikata lill-Kumitat tal-Etika tar-Riċerka tal-Ministeru sabiex tkun ikkunsidrata mill-ġdid.
Għal aktar kjarifiki, inti ġentilment mitlub/a tikkuntattjana permezz ta’ email fuq rsird.meyr@gov.mt.