Ħarsa ġenerali lejn il-proġetti li tlestew mis-Sezzjoni tar-Riċerka

Tagħlim tul il-ħajja: Riċerka dwar l-opinjonijiet tal-istudenti dwar il-kwalità tal-Korsijiet tat- Tagħlim Tul il-Ħajja

L-għan ta’ din ir-riċerka huwa:

  • Li jiġu esplorati l-fehmiet u l-opinjonijiet tal-istudenti dwar il-kwalità tal-korsijiet tat-Tagħlim Tul il-Ħajja bil-ħsieb li jittejbu l-kwalità u l-provvediment tal-korsijiet imsemmija sabiex aktar nies jirreġistraw u jiggradwaw minn dawn il-korsijiet.

Dan huwa stħarriġ perjodiku, li twettaq fi tmiem is-snin akkademiċi 2019/2020, 2021/2022 u 2022/2023.

Pubblikazzjonijiet mir-riċerka dwar is-sena akkademika 2019/2020: 

  • Vassallo, J., Zammit, N., et al. (2021) ‘Digital adult education: The impact of transitioning from in-class to emergency remote learning’, Malta Journal of Education, 2(1), pp. 274–294.

    Disponibbli hawn.

Pubblikazzjonijiet mir-riċerka dwar is-sena akkademika 2021/2022:

  • Dokument intern

Pubblikazzjonijiet mir-riċerka dwar is-sena akkademika 2022/2023:

  • Dokument intern (pendenti)

L-Involviment fit-Tagħlim Online

Dan l-istudju għandu l-għan li:

  • Jifhem kif l-istudenti u l-adulti li jieħdu ħsiebhom adattaw għat-Tagħlim Online waqt li l-iskejjel ingħalqu biex jitnaqqas it-tixrid tal-COVID-19 (jiġifieri mit-13 ta’ Marzu 2020 sal-aħħar ta’ Ġunju 2020).

L-istudju huwa bbażat fuq kwestjonarju anonimu ta’ 15-il minuta kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti mqassam lill-istudenti u lill-ġenituri tagħhom.

Il-proġett intemm: f’Ġunju 2021

Pubblikazzjonijiet minn dan il-proġett ta’ riċerka:

  • Vassallo, J., Doublet Meagher, G. L., et al. (2021) Perspettivi tal-istudenti u l-ġenituri dwar it-tagħlim elettroniku ta’ emerġenza fil-kindergarten u l-edukazzjoni obbligatorja”, Malta Journal of Education, 2(1), pp. 167–196.

    Disponibbli hawn.

l-impatt tad-Direttiva 13 fuq l-Istandards tal-Ħaddiema u tax-Xogħol fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Dan l-istudju għandu l-għan li:

  1. Jevalwa l-effetti taż-żieda qawwija fit-telework fost l-impjegati tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol matul il-pandemija tal-COVID-19 li ġabet magħha d-Direttiva 13 dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-operat tal-Ministeru.
  2. Janalizza l-vantaġġi u l-isfidi li jġib miegħu t-telework fid-dawl tal-impenn tas-Servizz Pubbliku li jimxi lejn ir-remote working.
  3. Jipprovdi rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-użu tat-telework.

L-istudju huwa bbażat fuq stħarriġ li sar b’kampjun ta’ ħaddiema fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol (MEDE), jiġifieri dawk l-impjegati li jaħdmu f’uffiċċji li jinsabu fil-Furjana u l-Ħamrun.

Il-proġett intemm: f’Ġunju 2020

CITO: Checkin TakeOff

CITO huwa wieħed mill-proġetti ta’ esperimentazzjoni fil-politiki dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-ERASMUS+. CITO kien immexxi minn entitajiet ewlenin fil-qasam tal-edukazzjoni tal-adulti f’Malta, l-Irlanda u n-Norveġja.

L-għan tal-proġett huwa:

  • Li jiżviluppa SkillsChecker li permezz tiegħu l-individwu jkun jista’ jwettaq valutazzjoni inizjali tal-litteriżmu, in-numeriżmu u l-ħiliet diġitali tiegħu. Abbażi ta’ din il-valutazzjoni, l-iSkillsChecker jorjenta lill-individwu lejn l-opportunitajiet ta’ tagħlim adattati għalih. B’mod aktar speċifiku, SkillsChecker għandu l-għan li jixpruna lill-istudenti jesploraw u jagħżlu t-tagħlim tul il-ħajja  b’approċċ iffukat. CITO toffri evalwazzjoni effettiva u indipendenti tal-ħiliet individwali.

Il-proġett intemm: fi Frar 2022

Link għall-Website tal-Proġett CITO: https://citoproject.eu/

Studju tal-BMI: Prevalenza ta’ piż żejjed u obeżità fost it-tfal li jattendu mill-kindergarten K2 sas-sena 11, f’Malta

Id-Direttorat tar-Riċerka u t-Tagħlim Tul il-Ħajja u s-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika ħadmu flimkien biex jimplimentaw żewġ Miżuri tal-Baġit 2020:

  1. BM 191/2020: “Jerġa jitfassal studju nazzjonali fost l-istudenti biex jitkejjel il-piż ta’ kull student …”
  2. BM 370/2020: “Isir studju li jeżamina b’mod partikolari r-rata ta’ obesità f’Malta fejn jidħlu tfal ta’ 4-5 snin. Ir-riżultati ta’ dan l-istudju għandhom jelenkaw ix-xejriet u b’hekk jinħarġu rakkomandazzjonijet dwar kif nistgħu nsostnu s-saħħa aktar sana għat-tfal”.

L-għanjiet ta’ dawn iż-żewġ inizjattivi baġitarji huma:

  1. Biex titkejjel il-prevalenza ta’ piż żejjed u obeżità fost l-istudenti li jattendu mill-Kindergarten 2 sas-Sena 11.
  2. Biex tiġi identifikata r-rata ta’ piż żejjed u obeżità fit-tfal li jgħixu fil-Gżejjer Maltin.
  3. Biex jiġu identifikati kwalunkwe assoċjazzjoni bejn il-piż u l-istili ta‘ ħajja.

Ir-rapport minn dan l-istudju huwa wieħed mill-outputs marbuta mal-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza għal Malta, speċifikament ir-Riforma C4-R1: l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ qafas ta’ politika tas-saħħa bl-għan li s-sistema tas-saħħa ssir aktar sostenibbli u reżiljenti, b’enfasi partikolari fuq il-prevenzjoni tas-saħħa u forza tax-xogħol b’saħħitha.

Il-proġett intemm: f’Diċembru 2022.

Pubblikazzjonijiet minn dan il-proġett ta’ riċerka:

  • Attard, J., & Vassallo, J., (2022) Attard, J., & Vassallo, J., (2022) ‘A Study on Childhood Obesity in Malta, with a special focus on 4-5-year-old children’.

    Disponibbli hawn.
The Directorate
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.